Taħsbu Li hawn Ħafna Nies Saru Popolari mix-Xejn U Ma Ħaqqhomx? Iħobbu Jidhru L-Maltin?

 Taħsbu Li hawn Ħafna Nies Saru Popolari mix-Xejn U Ma Ħaqqhomx? Iħobbu Jidhru L-Maltin?

Għax illum donnu kulħadd sar ċelebrità. M’għadx irid ikollok talent speċjali; bħal vuċi, mużika, tpenġija, kreattività bl-idejn u elf ħaġa oħra ħa, ħalli ma jkunx hemm min jgħid ‘mela l-kantanti biss ċelebritajiet jew il-mudelli biss?!’ Hemm sports eċċ, eċċ u l-lista ma tieqafx fil-verità.

Ok ok granted! Imma llum għax tieħu ritratt u titfgħu instagram u turi kemm int kapaċi ġġib ikel u affarijiet materjali b’xejn minħabba li għandek il-followers fuq instagram jew tiktok, allura int ċelebrità? Possibbli?

Iżjed minn hekk, possibbli ħafna nies jistgħaġbu sempliċiment bil-likes… li finalment huma xi ħaġa astratta u mhux bit-talent?

Issa ejja ma nqażżuhiex… hemm min juża l-midja soċjali biex juri t-talent tiegħu taaaaaaa… imma li lbist kalzetti sofor, u li qlibt l-ikel fuqek u li tawk qatgħa kif ħriġt mix-shower jew għax titbellaħ tnejn u tgħid iċ-ċuċati quddiem il-camera tal-facebook, u għax xagħarek qam ‘il fuq… int ċelebrità??? ħaħaħa Tad-daħq jew tal-biki?!

F’idejkom!

Ritratt: PsychMechanics

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com