Nhar L-Erbgħa 7 T’Ottubru Tingħata L-Aħħar Tislima Lil Zakk…
Zakk, il-ġuvni li ħalliena din il-gimgħa waqt inċident traġiku f’Maastricht, ser jingħata l-aħħar tislima nhar l-Erbgħa li ġej 7 ta’ Ottubru fl-10.00 fil-Bażilika ta’ Kristu Re f’ Raħal Ġdid.
Il-familja talbet li l-iswed ma jintlibsx anzi, jintlibsu l-kuluri u l-abjar.
“Inħossni onorata li għażel lili biex inkun ommu fid-dinja u issa huwa l-anġlu kustodju tiegħi… Il-missjoni tiegħi issa hi li nibdel il-ħolm tiegħu f’realtà…”, kitbet ommu Sharon Ellul Bonici.
Temmet billi sejħitlu suldat u qaltlu li tħobbu ħafna. F’dawn il-mument ta’ sogħba, inwasslu l-kondoljanzi tagħna u nuru solidarjetà magħkom.
Ritratt: Facebook/ Sharon Ellul Bonici