“Nikwieta Meta Niltaqa’ Ma’ Xi Ħadd U Jirrakontali Esperjenza Kiefra Minn Ħajtu” – Lydia Abela
Tkellimna ftit mal-mara tal-Prim Ministru, Lydia Abela dwar kif tqassam ħajjitha llum il-ġurnata bl-impenji li jkollha ta’ kuljum. “Jien ħajti dejjem kienet mimlija u minkejja li dejjem ġlieda kontra l-ħin, dejjem nadatta ir-rutina tiegħi mal-impenji ta’ Robert u t-tifla,” qaltilna Lydia Abela.
Tenniet magħna li l-ħin ta’ filgħaxija dejjem tqattgħu mat-tifla Giorgia fejn tlesti x-xogħol tal-iskola kif ukoll ma’ Robert diment li ma jkollux xi mpenn ieħor. Imma saħqet li ħin flimkien dejjem jagħtuh importanza.
Dr. Abela qaltilna wkoll li biex persuna tħossha f’saħħitha, temmen li għandha ssib il-ħin tagħmel dak li tħobb u tikkura lilha nnifisha. B’hekk b’mod awtomatiku twassal pożittività lil ħaddieħor.
Meta saqsejnieha fejn tħoss qalbha tingħafas xi ftit, qaltilna “ninkwieta l-aktar meta niltaqa’ ma’ xi ħadd u jirrakontali xi esperjenza kiefra li jkun għadda jew għaddej minnha.”
Ritratt: Facebook/ Lydia Abela