“… Nisħethomlkom Jien” – L-Arċisqof Bi Kliem Iebes Lejn Dawk Li Jxaħmu Buthom Bl-Użura

 “… Nisħethomlkom Jien” – L-Arċisqof Bi Kliem Iebes Lejn Dawk Li Jxaħmu Buthom Bl-Użura

Ilbieraħ l-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna kellu messaġġ iebes għal dawk li jisilfu bl-użura. Infatti, tenna li dan mhux self imma serq.

Qal li hemm min hu vittma tal-użura minħabba n-negozju tiegħu li jkun sejjer ħażin jew minħabba l-vizzju tal-logħob. “Navżakom, se tagħtu kont lil Alla talli twasslu lin-nies f’tarf ta’ preċipizzju…” , enfasizza l-Arċisqof Scicluna.

Semma wkoll li bil-liġi trid tagħti lura bl-8% imma hemm min qed jitlob bl-20 jew bit-30%. Kompla jgħid li uħud itemmu ħajjithom għax ma jistgħux iħallsu d-dejn tal-użura.

“U dak li jsawwat il-poplu tagħna u minn dawn il-flus ixaħħam butu, dawk il-flus huma misħuta… u nisħithomlkom jien!”, temm jgħid l-Arċisqof.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com