Noel Formosa B’appell Lill-Għawdxin Biex Jingħaqdu “Biex Għawdex Jieħu Li Jixraqlu”!

 Noel Formosa B’appell Lill-Għawdxin Biex Jingħaqdu “Biex Għawdex Jieħu Li Jixraqlu”!

Is-Sindku ta’ San Lawrenz Għawdex Noel Formosa dalgħodu appella lill-Għawdxin jingħaqdu bħala Għawdxin “biex Għawdex jieħu tassew li jixraqlu”.

Formosa kiteb dan il-messaġġ fuq il-midja soċjali fl-okkażjoni ta’ Jum Għawdex li qed jiġi mfakkar illum. Noel Formosa qal li “l-important li nafu u nirrikonoxxu li Għawdex mhux bħal bqija ta’ Reġjuni oħra f’Malta, iżda Għawdex huwa Gżira Reġjun b’mod naturali u huwa d-dmir tagħna li dan il-ħsieb mhux biss inżommuh f’moħħna imma naħdmu sabiex Għawdex jieħu tassew dak li jixraqlu.

Noel Formosa żied jappella lill-Għawdxin, “Ejjew ningħaqdu … ninsew li aħna Nazzjonalisti jew Laburisti, u niftakru biss li aħna Għawdxin”.

Is-Sindku qal li huma l-Għawdxin stess li jafu eżatt x’għandu bżonn Għawdex u għalhekk huma jridu jiġġieldu biex Għawdex jimxi ‘l quddiem.

Noel Formosa temm jgħid  “nixprunaw liż-żewġ partiti tagħna sabiex Għawdex ikun tassew priorità fuq l-aġenda tagħhom u mhux biss stmat bħala distrett ieħor li minnu jġibu s-siġġijiet.”

 

https://www.facebook.com/noelformosaelezzjoni15/photos/a.1048410301855693/3946458292050865

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com