Organizzat l-Ewwel Kampjonat Motorcross f’Għawdex
Il-Gozo Motorcross Association organizzat l-ewwel rawnd tal–kampjonat, il-Hadd li għadda, fost ħafna regoli stretti u protokolli li kellhom jittieħdu minħabba il-pandemija Covid 19.
Bħas-soltu kien hemm erba’ klassijiet. Fi klassi A , iċ-ċampjin renjanti Steve Xuereb spiċċa fl-ewwel post segwit minn David Dimech u Mario Cauchi rispettivament. Fil-kategorija B Jorn Stellini, li kien promoss minn Klassi C għal Klassi B, akkwista l-punti massimi filwaqt li Matthew Zammit daħal fit-tieni post. Robert Spiteri daħal fit-tielet post.
Jurgen Attard, rebbieħ tal-kampjonat klassi D fl-2020, irnexxielu jakkwista is-sittin punt tal-ġurnata fi klassi Ċ, iż-żagħżugħ Mark Camilleri segwa warajh, filwaqt li Steve Cassar spiċċa fit-tielet post. Fi Klassi D, rajna s-sewwieqa ġodda Paul Caruana u Luke Caruana jidħlu fl-ewwel u t-tieni post ripettivament segwiti minn Marvin Sultana, li reġa’ rritorna wara waqfa qasira.
Ir-rebbieħa ngħataw trofew kif ukoll prodotti sabiex jintużaw fuq il-vetturi tagħhom.
It-tieni rawnd ta’ dan il-kampjonat ser isir il-Ħadd 15 ta’ Novembru 2020.
Ritratt: Gozo Motorcross Association