Posposti 13-il Partita mill-Kampjonati Tal-Futbol Maltin

 Posposti 13-il Partita mill-Kampjonati Tal-Futbol Maltin

Ftit tal-ħin ilu l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol ħabbret li numru ta’ partiti ġew posposti għal dati li għad iridu isiru magħrufa hekk kif numru ta’ timijiet għandhom plejers pożittivi għal Covid-19 jew taħt kwarantina mandatorja.

Sirens FC m’għandhomx sittax-il plejer eliġibbli għal-logħob u għalhekk il-partiti li kellhom skedati mill-Kampjonat Premier kontra Tarxien Rainbows FC, Valletta FC, Mosta FC u Lija A. FC ġew posposti.

Minħabba l-istess raġunijiet, anke l-erba’ partiti li kellhom it-timijiet miċ-Challenge League Marsaxlokk FC u Marsa FC ġew posposti.  Dan ifisser li l-logħbiet ta’ Marsaxlokk FC kontra Mqabba FC, Fgura U. FC, Qrendi FC u Vittoriosa S. FC kif ukoll il-konfronti ta’ Marsa FC kontra Naxxar L. FC, Pieta H. FC, Qormi FC u Swieqi U. FC ukoll ġew posposti.

Anke l-Kampjonat Amateur li kellu jibda din il-ġimgħa ġie affetwat hekk kif il-konfront bejn Siġġiewi FC u Luqa SA FC ġie pospost.  Dan il-Kampjonat kellu jintlagħab fuq sistema ta’ tlett rawnds iżda minħabba l-pandemija ġie deċiż sabiex minflok jintlagħab fuq żewġ rawnds.

Ġie pospost ukoll il-bidu tal-Kampjonati Nazzjonali tal-Youths għal data li ser tiġi imħabbra iżjed il-quddiem.

 

Ritratt: MFA

 

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com