“Qabel Dak Li Jixtri D-Droga Kien Jibgħat Lil Martu Titqaħħab Biex Tħallaslu… Illum Il-Ħabs Hu Post Ta’ Dixxiplina!” – Byron Camilleri
“Meta kien kuntent bil-ħabs Beppe Fenech Adami? Meta kien iktar faċli ssib id-droga fil-ħabs milli barra, meta kelb li jxomm id-droga kien il-pet ta’ min ibigħ id-droga fil-ħabs, meta dak li jixtri d-droga fil-ħabs kien jibgħat lil martu titqaħħab biex tħallas tad-droga li kien jixtri… Le din ma naċċettahiex!”
Hekk sostna l-Ministru Byron Camilleri fuq il-programm XTRA ppreżentat minn Saviour Balzan u li preżenti għalih kien hemm ukoll Beppe Fenech Adami.
F’diskussjoni taħraq dwar is-sitwazzjoni fil-ħabs, il-Ministru Camilleri spjega kif illum il-ħabs huwa posta ta’ dixxiplina u riabilitazzjoni, xi ħaġa li qabel ħadd ma kien joħlom li se jkun hemm. Dan hekk kif qabel kienu jsiru bosta abbużi fil-ħabs, b’mod partikolari mid-droga.
Hu spjega kif minkejja li l-ħabs mhuwiex perfett, it-tmexxija tal-lum hija ferm aħjar milli kif kienet fil-passat fejn spjega bosta sitwazzjonijiet li kienu jiġru fil-ħabs.
Spjega kif illum fil-ħabs hemm rispett lejn l-awtoritá u hekk għandu jkun, hekk kif l-affarijiet illum qed isiru aħjar.