Raġel Jindarab Gravi F’Argument F’San Ġiljan
Raġel indarab gravi wara li kien involut f’argument f’San Ġiljan.
Il-każ seħħ kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-siegħa u kwart fi Triq Santa Rita, San Ġiljan meta l-Pulizija tad-Distrett marret immedjatament fil-post indikat lilha fejn ġie nnutat raġel mimli demm.
Minn investigazzjoni preliminari li saret, irriżulta li r-raġel, li huwa Ġermaniż ta’ 20 sena, kien x’aktarx involut f’argument ma’ xi persuni oħra fejn allegatament qala’ xi daqqiet u sofra xi ġrieħi.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa u iktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
Minn investigazzjonijiet ulterjuri li saru fuq il-post, il-Pulizija identifkat żewġt irġiel li allegatament kienu involuti fl-argument u ttieħdu l-lock-up fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, il-Furjana.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.