Tifel Ta’ 8 Snin Midrub Gravi Wara Li Ntlaqat Minn Karozza F’San Ġwann

 Tifel Ta’ 8 Snin Midrub Gravi Wara Li Ntlaqat Minn Karozza F’San Ġwann

Tifel ta’ 8 snin indarab gravi wara li ntlaqat minn karozza f’San Ġwann.

Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħaxija fi Triq in-Naxxar, San Ġwann.

Mill-ewwel investigazzjoni tal-Pulizija mid-Distrett ta’ San Ġiljan rriżulta li tifel Sirjan ta’ 8 snin, sofra ġrieħi wara li safa milqut minn vettura tat-tip Peugeot Bipper misjuqa minn raġel ta’ 48 sena residenti Raħal Ġdid.

Tim mediku assista lit-tifel fuq il-post u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza.

Hemmhekk, hu ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com