Raġel Ta’ 40 Sena Isofri Minn Ġrieħi Gravi Wara Inċident Fl-Inħawi Ta’ Manoel Island
Raġel ta’ 40 sena mill-Bulgarija u residenti l-Marsa, qiegħed isofri minn ġrieħi gavi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fl-inħawi ta’ Manoel island.
Dan wara li seħħet kollużżjoni bejn vettura u mutur. Il-vettura kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 32 sena residenti San Ġwann. Il-każ ġara lbieraħ għall-ħabta tal-17.00.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.