Aġġornat: Rapporti Li Edward Scicluna Se Jirtira Mill-Politika… Scicluna Jgħid Biex Ninjorawha
Rapporti fil-gazzetta The Times qal li fil-ġimgħat li ġejjin Edward Scicluna mistenna jirriżenja minn Ministru għall-Finanzi u minn deputat Parlamentari. Scicluna għandu 74 sena.
Qalu li Clyde Caruana li ġie co-opted fil-parlament ftit jiem ilu, ser ikun qed jieħu postu.
Madanakollu, il-Ministru Scicluna ċaħad dan fuq facebook tiegħu:
“Kull sena wara kull baġit suċċess ta’ Gvern Laburista, l-Oppożizzjoni dejjem ħolqot xi inċident jew aħbar biex ittellef l-attenzjoni tal-Maltin u Għawdxin minn fuqu. Illum it-taparsi aħbar fil-faċċata tat-Times mhix eċċezzjoni. Injorawha.
Sinjal ċar li d-diskorsi tal-Kap tal-Oppożizzjoni u dak tal-Prim Ministru tefgħuhom il-baħar. Ma jafux x’ser jaqbdu jagħmlu.”
Ritratt: DOI/ Jason Borg