Ronaldo Jerġa’ Jittestja Pożittiv Għall-Covid-19

 Ronaldo Jerġa’ Jittestja Pożittiv Għall-Covid-19

Tkompli is-saga COVID-19 u l-istilla Portugiża Cristiano Ronaldo hekk kif mal-ġurnata tal-bieraħ reġa’ ttestja pożittiv għall-COVID-19.

Il-possibiltá li Ronaldo jitlef il-logħba tal-UEFA Champions League il-ġimgħa id-dieħla hija waħda possibbli hekk kif Juventus jilqgħu ġewwa darhom lil Barcelona.

CR7, li llum ghandu ħamsa u tletin sena kien instab pożittiv l-ewwel darba fil-bidu ta’ Ottubru waqt li kien għat-taħriġ mal-Portugall fejn qamet ukoll kontroversja hekk kif Ronaldo telaq jirkupra saħħtu kif ukoll għamel il-perjodu ta’ kwarantina f’Turin u mhux f’art twelidu.

Intant l-aħbar giet ikkonfermata mill-midja taljan ftit wara li ħarġet l-aħbar mill-istampa Portugiża.

Ritratt: Miguel Angel Garcia

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com