Ser Jerġgħu Joħorġu L-Vouchers?

 Ser Jerġgħu Joħorġu L-Vouchers?

Filmat li ġie ppublikat fuq il-paġna ta’ facebook tal-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar Silvio Schembri juri kif bosta personalitajiet għamlu użu mill-voucher li tqassmu mill-Gvern sabiex jagħtu stimolu lill-ekonomija Maltija wara d-diffikultajiet li lkoll qedgħin naffaċċjaw minħabba l-pandemija tal-Covid-19.

ost dawk li qalu x’għamlu bil-vouchers deher il-Ministru innifsu u l-Prim Ministru Robert Abela.

Jidher li bħalissa għaddejin diskussjonijiet sabiex inizjattiva simili terġa’ tidħol fis-seħħ fix-xhur li ġejjin. Dan wara li l-vouchers kienu storja ta’ suċċess u ta’ stimolu qawwi għan-negozji.

Dan qalu l-Prim Ministru innifsu f’kumment fl-istess filmat b’indikazzjoni ċara li jaf nerġgħu ngawdu minn dawn il-vouchers dalwaqt.

B’kollox tqassmu b’valur ta’ kważi 45 miljun ewro b’vouchers, li hu stmat li ħallew impatt ekonomiku ta’ €65 miljun.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com