Sewwieq Ta’ Mutur L-Isptar Wara Inċident Fl-Imġarr

Sewwieq ta’ mutur ittieħed l-isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fl-Imġarr.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10:00 fil-bypass tal-Imġarr.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lix-xufier tal-mutur l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.