Sigaretti Tal-Kuntrabandu Elevati Minn Karozza U 3 Garaxxijiet F’Ħal Qormi

318,640 sigarett tal-kuntrabandu ġew elevati minn karozza u 3 garaxxijiet f’Ħal Qormi. Dan wara ħidma bejn it-Taqsima tal-Infurzar tad-Dwana u l-Pulizija.
Ilbieraħ filgħodu, karozza telqet minn Ħal Qormi b’uffiċjali tad-dwana u l-pulizija jsegwuhom. Il-karozza twaqqfet f’Ħal Għaxaq u fiha nstabu 90,000 sigarett.
Wara li ġie arrestat ir-raġel, tkomplew it-tfittxijiet f’żewġ garaxxijiet u fi stabbiliment tax-xorb. Fil-maħżen li fih saret tifttxija, instabu kważi 230,000 sigarett ieħor.
It-taxxi mis-sigaretti elevati b’kollox jammontaw għal €73,768.
Ritratt: Customs Malta