Somalu Arrestat B’Rabta Ma’ Ċirku Ta’ Bejgħ Ta’ Dokumenti Foloz

 Somalu Arrestat B’Rabta Ma’ Ċirku Ta’ Bejgħ Ta’ Dokumenti Foloz

Somalu ta’ 32 sena mistenni jitressaq il-qorti u jiġi mixli bi traffikar ta’ persuni li ffaċilità immigrazzjoni illegali.

Huwa ġie arrestat mill-Pulizija tal-Immigrazzjoni wara jiem ta’ osservazzjoni li matulhom ikkonkludiet investigazzjoni importanti fil-ħidma tagħha fil-ġlieda kontra t-traffikar ta’ persuni minn u lejn Malta.

Mill-investigazzjonijiet illi saru rriżulta li s-Somalu allegatament kien biegħ passaporti u permessi ta’ residenzi foloz, sabiex jassisti persuni oħra jidħlu jew joħroġu minn Malta.

Ir-raġel ġie arrestat ilbieraħ f’rejd li l-Pulizija tal-Immigrazzjoni għamlet fir-residenza tiegħu f’Wied il-Għajn.

F’dan ir-rejd, il-Pulizija sabet diversi dokumenti foloz, kif ukoll dokumenti oriġinali, iżda li rriżultaw li kienu misruqin, kollha fil-pussess tas-Somalu.

Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti b’arrest għada għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħodu quddiem il-Maġistrat Dr Donatella Frendo Dimech.

Ritratt: casinobeats

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com