Sophie Xxomm Aktar Minn €11,000 Fuq Passiġġier

Ix-xamma ta’ Sophie wasslitha biex issib passiġġier li kien sejjer Istanbul li kien qed iġorr fuqu aktar minn €10,000.
Id-Dipartiment tad-Dwana spjega kif dan kien ir-raba’ każa fi ftit jiem, bil-passiġġier qalilhom li kellu fuqu €10,000 iżda nstab li kellu iktar bit-total ikun ta’ €11,380.
Dan wara li l-passiġġier ma kkonvinċiex lill-uffiċjali tad-Dwana u għalekk wettqu tfittxija.