Sophie Xxomm €11,650 Fuq Passiġġier Fl-Ajruport

 Sophie Xxomm €11,650 Fuq Passiġġier Fl-Ajruport

Sophie, il-kelba tad-Dwana ta’ Malta, qabdet persuna bi €11,650 ħierġa mill-pajjiż wara li x-xamma tagħha waslitha għal din is-sejba.

Dan hekk kif waqt tfittxijiet ta’ rutina li ssir mis-Sezzjoni tad-Dwana, Sophie għamlet reazzjoni meta għaddiet minn ħdejn il-passiġġier li wasslet biex l-uffiċjali waqqfu lill-passiġġier li kien sejjer fuq titjira lejn Istanbul fit-Turkija u għamlu tfittxija.

It-tfittxija waslet għal sejba ta’ €11,650.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com