Sptar F’Londra Mgħasses Mill-Pulizija… Ħadd Mhu Jitħalla Jidħol

 Sptar F’Londra Mgħasses Mill-Pulizija… Ħadd Mhu Jitħalla Jidħol

Il-Pulizija f’Londra mblukkaw l-aċċess u kif ukoll iċċirkondaw sptar f’Londra wara li waslilhom rapport kien hemm allarm fl-isptar.

L-isptar, St Thomas’ Hospital, spiċċa fuq lockdown wara l-allarm li nħoloq bil-Pulizija waqqfu l-aċċess għall-isptar b’numru ta’ pazjenti u kif ukoll tobba u infermiera spiċċaw fuq barra.

Filfatt, numru ta’ persuni li kellhom l-appuntamenti, twaqqfu milli jidħlu fl-isptar fejn ġew mibgħuta lura d-dar hekk kif l-allarm kien qed jiġi investigat.

Wara numru ta’ sigħat iċċirkundat mill-Pulizija u kif ukoll biż-żona evakwata, il-Pulizija spjegaw kif kien se jerġa’ jinfetaħ l-aċċess fil-ħin li ġej.

Kienu numru ta’ persuni li bdew jistaqsu x’kienet ir-raġuni wara dan il-lockdown u x’seta’ seħħ biex ġara dan il-każ.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com