BIL-FILMAT: Tintlaqa’ T-Talba Tal-Whip Tal-PN Biex Jiffumigaw Il-Parlament

Ma naqasx ir-ringrazzjament mingħand il-Whip tal-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista, Robert Cutajar, lejn l-Ispeaker Anglu Farrugia.

Dan wara li ġimgħa ilu Cutajar għamel talba biex jiġu mittieħda aktar prekawzjonijiet favur is-saħħa ta’ dawk preżenti fil-Parlament, bl-Ispeaker dlonk ħa deċiżjoni u laqa’ din it-talba.

Dan hekk kif proprju lbieraħ, ittieħdet deċiżjoni biex il-binja kollha tal-Parlament ġiet iffumigata sabiex b’hekk iż-żoni kollha li jintużaw minn numru ta’ persuni jkunu aktar nodfa u siguri.

Kien għalekk li lbieraħ mal-ewwel ċans li kellu, Cutajar qam u rringrazzja lill-Ispeaker talli laqa’ t-talba tiegħu u talli ħares l-interessi ta’ kulħadd.

 

 

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com