“Tibqgħux Tieħdu Din Il-Pandemija B’Nuqqas Ta’ Serjetà” – Uffiċjali Tas-Saħħa Ambjentali

 “Tibqgħux Tieħdu Din Il-Pandemija B’Nuqqas Ta’ Serjetà” – Uffiċjali Tas-Saħħa Ambjentali
Fuq il-paġna tal-Malta Environmental Health Officers Association, l-uffiċjali saħqu biex issa li wasal il-Halloween li s-soltu tkun okkażżjoni biex wieħed jiltaqa’ u jiċċelebra ma jsirux attivitajiet, festini u ċelebrazzjonijiet tal-massa.
“Din qegħdin ngħiduha fi sfond li bħalissa għaddejin minn pandemija u l-uniku mod kif nistgħu nikkontrollaw din l-imxija hija billi nevitaw ħruġ żejjed u attivitajiet fejn jinġemgħu n-nies. Bħallissa kulħadd irid jagħmel sagrifiċċju sabiex in-numri ma jibqgħux jiżdiedu”, tenniet l-assoċjazzjoni.
Saħqet fuq l-importanza li jiġu obduti r-regoli mill-awtoritajiet u qalet: “Tibqgħux tieħdu din il-pandemija b’nuqqas ta’ serjetà.”
Irringrazzjaw lill-Uffiċjali għas-Saħħa Ambjentali għax-xogħol tagħhom li ilhom jagħmlu tul dawn l-aħħar seba’ xhur waqt din il-pandemija kif lill-frontliners l-oħra kollha li qegħdin jikkumbattu sabiex nikkontrollaw il-firxa ta dan il-virus.

Ritratt: ef.com

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com