Aġġornat: Titħabbar il-mewt ta’ Fr Lino Cardona wara li nstab pożittiv għall-Covid-19

 Aġġornat: Titħabbar il-mewt ta’ Fr Lino Cardona wara li nstab pożittiv għall-Covid-19

Tħabbret il-mewt ta’ Fr Lino Cardona, saċerdot Ġiżwita li ħadem f’diversi oqsma tas-soċjeta’.

Fr Cardona rriżulta pożittiv għall-Covid-19 fis-26 ta’ Ottubru wara li għamel swab u daħħal l-isptar għall-kura. Minn hemm saħħtu kompliet sejħa lura u saħansitra kellu bżonn ossiġnu.

Dalgħodu mxiet l-aħbar li Fr. Lino Cardona kien miet u saħansitra ndaqqet mota mill-Knisja tan-Naxxar, iżda ftit wara  fuq il-paġna Jesuits in Malta – Euro Mediterranean Province dik l-aħbar kienet miċħuda, waqt li ftit wara t-3p.m. l-istess paġna ħabbret li Fr. Lino miet illum wara nofsinhar.

https://www.facebook.com/jesuitsmalta/photos/a.1084440561608653/3613109425408408/

Ritratt: Facebook/ Lino Cardona

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com