Tiftakruha Ċ-Ċapċipa? Ejja Nobdu R-Regoli Għaliex It-Tim Mediku Rispett Għandu Bżonn!

 Tiftakruha Ċ-Ċapċipa? Ejja Nobdu R-Regoli Għaliex It-Tim Mediku Rispett Għandu Bżonn!

Jekk immorru lura għal April ta’ din is-sena, konna lkoll ħriġna nċapċpu fil-gallariji u l-bjut tagħna. Tellajna wkoll il-bnadar Maltin.

Iżda dlonk donnu nsejna li lil dawn l-istess nies li sejjaħnielhom eroj tagħna, kien hemm min minn fostna uriehom u qed juriehom diżrispett bl-atteġġjamenti u l-attitudnijiet tagħhom.

Ejja nobdu r-regoli. Billi nilbsu maskra u ninġabru ftit iżjed mhux se taqa’ d-dinja. Billi nżommu d-distanza u ma nisfidawx, mhu ħa nitilfu xejn. Ilkoll flimkien, jekk aħna nazzjon wieħed, ejja naħsbu f’xulxin ħalli ngħaddu minn dan iż-żmien malajr kemm jista’ jkun.

Inutlinaħsbu fina nfusna dwar x’qed inħossu aħna biss. Veru! Kulħadd iħoss tiegħu. Imma flimkien nerfgħu l-piż ta’ fuqna u nħossuna aħjar li konna aħna li tajna kontribut.

Veru li lkoll għajjejna… Immaġinaw min jaħdem f’dan il-qasam, kemm għajja iżjed!

Kuraġġ!

Ritratt: Jonathan Joslin

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com