Tittajjar Bintu Quddiem Għajnejh F’San Ġwann
“F’moħħi għandi mnaqqxa l-istampa kerha ta’ binti tintlaqat quddiem għajnejja u mitfugħa ħames metri ’l bogħod. Stampa li kienet diġà ta’ spiss f’moħħi meta ngħidilha “żomm idejja” u sfortunatament saret reali”.
Kliem missier li lbieraħ ra quddiem għajnejh lil bintu tittajjar minn karozza u li b’xorti tajba ma ġarrbitx ġrieħi serji.
Fuq Facebook, huwa kiteb li kienet fortuna kbira li x-xufier tal-karozza semgħu jgħajjat magħha malli ħarġet tiġri fit-triq u bil-brejk li ħa, l-impatt frontali ttaffa b’mod li bintu ma ġarrbitx ksur.
Qal li s’issa bintu ma ġarrbitx lanqas ksur u bħalissa qed tinżamm l-isptar għall-osservazzjoni.
Huwa żied jgħid li ċ-ċirkostanzi kienu li kienu u x-xufier kien għaqli biżżejjed li bil-brejk li ħa l-impatt kien inqas serju.
Huwa temm jagħti ħajr lil dawk kollha li kienu involuti fl-għajnuna li taw lil bintu quddiem għajnejh. Huwa ta ħajr ukoll lill-pulizija li kienu fuq il-post jidderieġu t-traffiku u jżommu l-kalma kif ukoll lit-tobba u l-infermieri tal-Isptar Mater Dei fejn rahom jaħdmu taħt kundizzjonijiet diffiċli tal-Covid u lin-nies li waqqfu jagħti l-ewwel għajnuna.
Minn StradaRjali.com nagħtu kuraġġ lill-kollega tagħna fil-qasam ġurnalistiku Matthew Vella.