Tkompli L-Ħidma Għat-Tisbiħ Ta’ Għajnsielem

 Tkompli L-Ħidma Għat-Tisbiħ Ta’ Għajnsielem

M’hemm xejn isbaħ milli tgawdi s-sbuħija tal-lokalitá tiegħek u minkejja kultant ikun hemm min ma jiħux ħsieb fejn jgħix, hemm oħrajn li jpattu għalih.

Il-lokalitá ta’ Għajnsielem f’Għawdex tista’ tgħid li qamet għal aktar tisbiħ fil-lokalitá. Dan hekk kif żona li qabel forsi kienet għadha l-antika, issa ġiet immodernizzata għall-aħjar.

F’messaġġ fuq Facebook, is-Sindku ta’ Għajnsielem kiteb kif hekk kif qed joqrob ix-xahar ta’ Novembru, issa għażlu li jsebbħu quddiem iċ-Ċimiterju permezz ta’ bankina akbar u bankijiet ġodda.

Żgur mhux forsi li min se jżur lil dawk il-qraba jew ħbieb li ħallewh kmieni wisq, se jkun jista’ jieqaf għal mument ta’ silenzju u jqatta’ ftit ħin xieraq fuq wieħed minn dawn il-bankijiet.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com