Tliet Ġganti Biex Joħolqulna L-Enerġija Mill-Iskart

 Tliet Ġganti Biex Joħolqulna L-Enerġija Mill-Iskart

Malta tinsab pass eqreb biex titbiegħed minn għexieren ta’ snin ta’ dipendenza fuq ir-rimi ta’ skart fil-miżbliet u tersaq lejn il-ġenerazzjoni ta’ enerġija ħadra.

FCCMA-Hitachi JV Malta, Urbaser-Terna u Consortium Suez – Tecnimont – Termomeccanica huma t-tliet offerenti magħżula biex jibnu l-impjant Waste to Energy tal-WasteServ.

Hekk kif jiġi konkluż il-perjodu tal-appelli, l-offerenti magħżula jiġu mistiedna għall-istadji li jmiss biex wara jintalbu jagħmlu offerta fid-dokument finali tat-tender kompetittiv.

L-Aġenzija Wasteserv qalet li t-tliet offerenti għandhom portafolli impressjonanti u dan jagħti lil Malta ċertezza qawwija li l-proġett se jitwassal b’mod impekkabbli u għal standards tal-ogħla livell.

L-Impjant Waste to Energy se jipprovdi servizz ambjentali essenzjali billi jikkonverti skart destinat għal miżbla f’enerġija ħadra. Għalhekk, dan l-impjant se jikkonverti skart li ma jistax jiġi rriċiklat f’riżorsi prezzjużi u jżid total impressjonanti ta’ 4.5% ta’ enerġija ħadra mat-total preżenti ta’ enerġija ta’ Malta.

Il-kuntratt tal-Waste to Energy se jinkludi d-disinn u l-kostruzzjoni tal-faċilità li mistenni jiswa bejn €160 u 190 miljun, u l-ikkummissjonar u l-operat tiegħu għal perjodu ta’ 20 sena b’nefqa oħra ta’ €200 miljun. L-impjant huwa mistenni li jibda jaħdem fi żmien tliet snin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com