Twissi Lil Ġenituri Oħra Dwar Sintomu Li Kellu Binha B’Rabta Mal-Covid-19
Omm ta’ tifel ċkejken minn Burringham reħitilha għal fuq Facebook biex twissi lil ġenituri oħra dwat sintomu li kellu binha waqt li kien pożittiv għall-Covid-19.
Spjegat kif binha kien f’saħħa tajba u ma kellux deni jew xi sintomu ieħor, iżda telalu ġismu bħal qishu allerġija.
Peress li dan qatt ma kien imsemmi bħala sintomu, l-omm spjegat li ma kellha ebda ħsieb li binha seta’ kien pożittiv hekk kif hu wkoll bil-kemm ħareġ mid-dar bħala prekawzzjoni.
Ġara li meta ħaditu l-isptar biex tara x’seta kien, sarlu test swab bħala parti mill-protokolli fejn irriżulta li binha kien pożittiv għall-Covid-19. Hi spjegat kif is-sintomu hu wieħed li jaqbad lit-tfal u mhux lill-adulti, u appellat lill-ġenituri kollha biex dejjem jiċċekjaw bħala prekawzjoni.