Uħud Jirreaġixxu Għax Inkiteb L-Artiklu Dwar Nuqqas Ta’ Attenzjoni Fil-Belt… Jieħdu Tagħhom Għal Raġunijiet Personali

 Uħud Jirreaġixxu Għax Inkiteb L-Artiklu Dwar Nuqqas Ta’ Attenzjoni Fil-Belt… Jieħdu Tagħhom Għal Raġunijiet Personali

Kienu bosta l-persuni li ħassewhom urtati wara ritratt li rċevejna u li anke ttella’ fuq facebook. Bosta rrabjaw għal mod ta’ kif uħud mhux jagħtu kas u qed ikunu xi ftit jew wisq negliġenti fl-imġieba tagħhom. Kien hemm imbagħad min bagħat biex inneħħu l-artiklu u saħansitra persuni jibagħtu jirraġunaw fuq l-ammont ta’ persuni li kienu fil-grupp tagħhom.

Però l-fatti huma fatti. Trid tiġi minnek li jekk int qed fi grupp ta’ 10 (kif suppost) u eżatt inqas minn tefgħa ta’ ġebla ‘l bogħod minnek hemm grupp ieħor bl-istess ammont, dan jiġi jgħodd id-doppju? Mela rridu kollox bil-pinna u bil-klamar?

Parti minn Triq il-Merkanti lbieraħ kienet ippakjata u min kien l’hemm, jew kien hemm… jaf li dan huwa fatt. Bl-ebda skop m’aħna kontra l-kummerċ imma daqstant ieħor aħna favur is-saħħa; 1. għal saħħitna u 2. biex il-kummerċ innifsu jerġa’ jiġi għan-normal malajr, jekk dan huwa l-argument li qed jittella’.

Kien hemm ukoll toroq fil-ġnub mimlijin. Iżda tajjeb ngħidu wkoll li kien hemm min kien raġel u mara u kien qed jagħti kas ukoll u jobdi l-istruzzjonijiet… imma le mhux kulħadd!

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com