Wettaq Il-Ħolma Ta’ 1,924 Tifel U Tifla Li Jixtiequ Rigal Fil-Milied
Tnediet edizzjoni oħra tal-kampanja Children’s Dreams li għandha l-għan li jinqatgħu x-xewqat tat-tfal vulnerabbli li jkunu għaddejjin minn sitwazzjonijiet diffiċli.
B’hekk dawn it-tfal ikunu qed jirċievu r-rigal li jixtiequ fi żmien il-Milied u jtaffu xi ftit mid-diffikultà li jkunu għaddejjin minnha.
Fit-tnedija ta’ din l-edizzjoni, il-Ministru għall-Familja Michael Falzon ħeġġeġ biex kulħadd jagħti sehmu u b’hekk il-ħolm ta’ dawn it-tfal isir realtà. Qal li l-Maltin huma magħrufa għall-qalb kbira li għandhom u jinsab ċert li l-ħolm ta’ dawn it-tfal se jkun imwettaq fiż-żmien li ġej.
Din is-sena hemm 1,924 ħolma li qed jitressqu għall-attenzjoni tal-pubbliku. Dawn il-ħolm huma ta’ tfal li l-etajiet tagħhom ivarjaw minn trabi sa 18-il sena li jew ikunu qed jgħixu mal-familji tagħhom jew ikunu residenti fid-djar tat-tfal madwar Malta u Għawdex.
Ix-xewqat kollha tat-tfal jinsabu online fuq https://www.childrendreams.org/.