X’ Jixtiequ L-Iżjed Bħalissa L-Maltin?

 X’ Jixtiequ L-Iżjed Bħalissa L-Maltin?

Il-bniedem min-natura tiegħu dejjem irid dak li m’għandux, jew inkella jrid ftit iżjed minn dak li għandu. Skont il-mument… jekk bħalissa hawn il-Covid-19, issib ħafna min jgħidlek li jixtieq li kollox jiġi lura għan-normal.

Imma ssib faxxa ta’ nies li xorta jridu jitilgħu ‘l fuq fis-soċjetà, jbiddlu l-pożizzjoni tagħhom, isiefru jew ħaġa jew oħra. Fil-verità, din hija normali.

Imma kemm qed napprezzaw il-mument u dak li għandna? Kemm napprezza li nkunu f’saħħitna u li għandna x’nieklu u fejn norqdu? Intom x’taħsbu fuq hekk? Sirna iżjed soċjetà materjali jew huwa normali dan?

Ritratt: Malta Today

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com