“Nipprova Li L-Kanċer Ma Nħalliehx Jiddefenixxini Hu Imma Nadatta Għalih Jien Biex Inkompli B’Ħajti” – Clare

 “Nipprova Li L-Kanċer Ma Nħalliehx Jiddefenixxini Hu Imma Nadatta Għalih Jien Biex Inkompli B’Ħajti” – Clare

“Fl-2012 ħassejt biss ħakk f’sidri. Fl-2015 ma ħassejt xejn ħlief li ma kontx qed nonqos mill-piż minkejja li kont qed nagħmel eżerċizzju 7 t`ijiem fil-ġimgħa. Id-darbtejn ħadt ħsieb li nkellem professjonisti mediċi li rrakomandaw testijiet li minnhom ħareġ li kelli kanċer tas-sider. Fl-2015 il-kanċer kien avanzat”, qaltilna Clare.

Kanċer tas-sider avanzat llum jitqies bħala marda kronika għax ma jitfejjaqx imma jiġi kkontrollat b’mediċina jew trattament apposta. It-tip ta’ trattament jkun addattat skond it-tip ta’ fatturi bioloġiċi li l-individwu jkollu. L-onkologu meta jissuġerixxi trattament jaħseb mhux biss biex itawwal il-ħajja tal-pazjent imma jikkunsidra wkoll li pazjent jgħix ħajja ta’ kwalità.
Djanjosi ta’ kanċer taffetwa kemm il-psikoloġija tal-pazjent u dawk ta’ madaru kif wkoll il-fiżiku. L-impatt fiżiku jista’ jinkludi anka mobilità, filwaqt li l-impatt psikoloġiku jista’ jinkludi biża’, ansjetà u anke dipressjoni. Il-kura ta` trattament tal-kanċer tibdel il-ħajja tal-pazjent, minħabba li spiss ikollok apuntamenti l-isptar. Dan jaffetwa kemm il-persuna, kif wkoll lil min jiehu ħsiebha.
Il-pazjent jinvesti fih innifsu ħafna enerġija biex jadatta għall-kundizzjoni li jkollu. Jien bħala pazjenta nkun rrid nkun naf l-informazzjoni kollha dwar l-istat tal-kundizzjoni, it-trattament kif ħa jolqotni u jekk ikun possibli niddeċiedi mal-onkoloġista, xi trattament  inkun ser nieħu. Rakomandazzjoni li nagħmel lill-pazjenti bħali hu li jfitxxu jew jistaqsu għall-għajnuna kumplimentari lit-tobba tagħhom.
“Bħala pazjenta b’kanċer avanzat nemmen li nħabbat wiċċi ma’ sfidi, emozjonijiet u deċiżjonijiet importanti. Għalhekk nipprova li nieħu ħsieb tiegħi nnifsi, nqatta’ ħin mal-maħbubin tiegħi u nittama fil-progress ta’ trattament ġdid.  Jien nipprova li kanċer ma nħalliehx jiddefenixxi min jien imma naddatta għalih biex nibqa’ l-impjegata, l-bint, il-ħabiba.” 
Pazjenti jew familjari li għandhom bżonn sapport jistgħu jikkuntatjaw lil Europa Donna Malta fuq  9933 0330 li din is-sena qed tikkolabora ma’ The Marigold Foundation fuq il-kanċer tas-sider speċjalment dak avanzat.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com