X’Aktarx Tajruh U Ħallewh Għall-Mewt Fil-Wied Ta’ Ħal Qormi…
Persuna li kienet għaddejja mill-wied ta’ Ħal Qormi fi Triq il-Wied, lemħet kelb f’ġenb mitluq minn tulu jokrob bl-uġigħ.
Kif niżlet mill-karozza setgħu jindunaw li l-kelb kien mingħajr saħħa u x’aktarx xi ħadd tajru u ħallieh għall-mewt hemm.
F’appell li tefgħet fuq Facebook, l-istess mara talbet l-għajnuna dwar fejn tista’ ċċempel biex tieħdu għall-kura.
Kienu bosta li kitbulha u tawha l-għajnuna fejn spjegat kif grazzi għall-għajnuna li tawha l-kelb inġabar minn ambulanza tal-annimali u issa jinsab għand id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali għall-kura.
Spjegat kif hi poġġiet ir-ritratt tal-kelb fuq Facebook sabiex tara jekk dan il-kelb hux ta’ xi ħadd u forsi safa mitluf u kellu inċident sfortunat.
Qalet kif l-istess Dipartiment se jkun qed jinfurmaha dwar kif inhu l-kelb proprju għada.