X’Mistħija Ta’ Bini Tiela’… Possibbli M’Aħnhiex Nindunaw Kif Kerraħnieha Lil Malta?

 X’Mistħija Ta’ Bini Tiela’… Possibbli M’Aħnhiex Nindunaw Kif Kerraħnieha Lil Malta?
Fuq il-paġna Qed jinfirex mal-widien bini ikrah kullimkien, itella’ ritratt ta’ binja/torri dejjaq li tela’ fl-Imsida.
B’mod sakrastiku, fil-paġna nkiteb: “Torri dejjaq għal nies irqaq li joqogħdu l-Imsida. Għandkom sodda single bed u komodina joqogħdu bl-eżatt fejn xulxin, però tridu tgħaddu minn fuq l-għamara biex taslu min-naħa għal naħa.”
Dan huwa dak li qed naraw spiss… irridu nammettu li m’għandnhiex pjan sura ta’ nies fir-rigward tal-bini li qed isir, lanqas ta’ kif inħarsu l-isky line ta’ pajjiżna. Dari, l-istil u l-pjan donnu kien aħjar minn dak tal-lum, f’seklu li suppost immodernizza u tgħallimna iżjed kif ukoll, fejn suppost għandna iżjed għodod.
Ftit ilu tkellem ukoll dwar dan l-Arċisqof ta’ Malta Charles Jude Scicluna li laqqam il-bini l-ġdid ‘kaxxi tas-sulfarini’ imma donnu n-nies, jħalltu l-ideat ġo moħħhom, u minħabba politika kien hemm min spiċċa jinfexx f’tgħajjir fil-konront tiegħu, meta kellu raġun!
Irridu naħsbu; x’legat ser inħallu lil ta’ warajna? X’binjiet għad iridu jsiru storiċi għan-nies tal-futur? Il-bini kruha pesta li tiela’ bla forma u bla stil u pjan ta’ xejn? Jew basta nsiru sinjuri? Ejja nimmaturaw u naħsbu ftit… qabel ikun tard wisq jekk mhux diġà huwa tard ħafna!!! U inutli naqblu mal-artiklu u ma nibdewx minna nfusna…

Ritratt: Facebook/ Qed jinfirex mal-widien bini ikrah kullimkien

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com