Żagħżugħ Malti Ta’ 14-il Sena Jsebbaħ Il-Lokalitá Tiegħu Fi Żmien Il-Covid-19
Jayden Scicluna huwa żagħżugħ ta’ 14-il sena li għandu għal qalbu ħafna l-agrikoltura fejn fi żmien il-Covid-19 kellu perjodu fejn ma kienx jaf kif se jqatta’ ħinu.
Filwaqt li bosta kienu dawk li nfexxew fil-logħob jew forsi jieklu, Jayden għażel li juża ħinu għal ġest sabiħ fejn għażel li jsebbaħ iż-żona ta’ fejn jgħix hu. Dan hekk kif fil-viċinanza kien hemm biċċa għalqa abbandunata, fejn hu għażel li jnaddaf din l-għalqa kif ukoll it-triq u bl-għajnuna tal-ġirien żera’ numru ta’ diġar.
Filfatt kienu ġirien stess li taw donazzjoni ta’ flus sabiex Jayden ikun jista’ jixtri numru ta’ siġar u jħalwwilhom biex b’hekk ilkoll f’daqqa setgħu jservu ta’ għajnuna għall-komunitá tagħhom stess.
Ix-xewqa ta’ Jayden hi biss waħda, dik li żgħażagħ oħra bħalu jgħażlu li jagħmlu l-istess u jsegwu l-passi tiegħu billi jkunu ta’ għajnuna fil-lokalitá tagħhom stess.