Żagħżugħ Malti Ta’ 27 Sena Jgħid Li Għal 5 Snin Kellu Relazzjoni Sesswali Ma’ Annimal

 Żagħżugħ Malti Ta’ 27 Sena Jgħid Li Għal 5 Snin Kellu Relazzjoni Sesswali Ma’ Annimal

Żagħżugħ Malti ta’ 27 sena spjega kif għal ħames snin sħaħ, hu kellu relazzjoni sesswali ma’ wieħed mill-annimali li kienu jrabbu familtu fl-istess residenza li kien jgħix fiha magħhom.

Waqt intervista, li xxandret fuq il-programm televiżiv Popolin, iż-żagħżugħ spjega kif bħalissa qed jirċievi l-għajnuna biex jegħleb din l-isfida . Hu sostna kif minn tal-inqas darba f”ġimgħa, kien qed ikollu x’jaqsam sesswalment ma’ dan l-annimal. Iżda ġara li ftit xhur ilu, hu nqabad waqt l-att minn kuġinuh, li ħeġġu jfittex l-għajnuna sabiex jegħleb din il-problema.

Intant, bħala mistieden fuq il-programm, is-sesswologu Matthew Bartolo spjega kif din hi problema psikoloġika li tissejjaħ zoophilia u kif wieħed għandu jfittex l-għajnuna. Spjega kif l-istess żagħżugħ spiċċa jgħaddi minn diżappunt meta jkollu relazzjoni ma’ xi ħadd, hekk kif moħħu ħoloq ġibda lejn speċi oħra – bil-bestjalitá m’għandiex tiġi kkunsidrata bħala orjentazzjoni sesswali, hekk kif biex tiġi kkunsidrata hekk għandu jkun hemm kunsens minn dawk li qed jipparteċipaw fl-istess att.

Min-naħa l-oħra preżentament il-liġi ma tikkundannax il-bestjalitá u għalekk mhux att illegali, b’hekk persuna qatt ma tista’ tinstab ħatja jew tiġi akkużat bl-istess att. Tant, li f’każ li għadu għaddej il-Qorti li jirrigwardja raġel li allegatament inqabad fl-att ma’ debba fi stalla f’Għawdex, waqt il-kawża, avukat spjega kif il-bestjalitá għandha tiġi llegali hekk kif jaf tħeġġeġ aktar nies b’mod partikolari turisti jżuru l-gżejjer Maltin biex iwettqu dan l-att mingħajr ebda riperkussjoni.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com