“Żommu L-Iskejjel Miftuħa”, Jinsistu L-Psikjatri

 “Żommu L-Iskejjel Miftuħa”, Jinsistu L-Psikjatri

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Psikjatri fi stqarrija appellat li minkejja ż-żieda fil-każijiet ta’ Covid-19, l-iskejjel jibqgħu miftuħa.

Il-Psikjatri nsistew “żommu l-iskejjel miftuħin u tisirqux il-ġenerazzjonijiet futuri mill-edukazzjoni”.

Il-Psikjatri sostnew li meta t-tfal ikunu ‘l bogħod mill-ambjent edukattiv, dan ikun ta’ detriment kbir għalihom, l-aktar dawk żvantaġjati.

Sostnew jekk l-iskejjel jingħalqu, dan ikum ta’ impatt ħażin bħalissa u anke fil-futur fl-abilita’ biex jitgħallmu.

L-Assoċjazzjoni tal-Psikjatri qalet li fl-aħħar xhur raw żieda fin-numru ta’ tfal u adoloxxenti li ġew riferuti għal servizzi ta’ saħħa mentali.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com