Żewġ Anzjani Oħra Jitilfu Ħajjithom Bil-Covid-19

Fi stqarrija mill-Ministeru tas-Saħħa, dalgħodu għadu kif tħabbru l-imwiet ta’ 2 anzjani oħra; anzjana ta’ 72 sena li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fil-5 t’Ottubru u anzjan ta’ 82 sena li kien ikkonfermat pożittiv fit-12 t’Ottubru.
B’kollox, f’pajjiżna sa issa kien hawn 49 mewt kawża tal-Coronavirus.
Kondoljanzi lill-familjari.