Żewġ Kunsilli Jingħaqdu Favur Wied Għomor Aħjar

Illum is-Sindku ta’ San Ġwann Trevor Fenech u s-Sindku tas-Swieqi Noel Muscat żaru Wied Għomor biex jaraw ix-xogħol li sar f’dan il-wied pittoresk minn PARKS Malta b’inizjattiva u kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali San Ġwann.
Il-proġett inkluda wkoll it-tħawwil ta’ 200 siġra kif ukoll tranġar ta’ ħitan tas-sejjieħ sabiex l-ilma tax-xita jgħaddi aħjar fil-wied.
Preżenti kienu wkoll is-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi u l-Ministru tat-turiżmu Julia Farrugia Portelli.
J’Alla inizjattivi bħal dawn jitkattru u jkunu segwiti minn aktar kunsill.
Ritratt: DOI/ Clifton Fenech