Albaniż Bi Ġrieħi Gravi Wara Argument f’Għawdex

Albaniż ta’ 33 sena spiċċa bi ġrieħi gravi wara li kien involut fi ġlieda ma’ Albaniż ieħor ta’ 29 sena fir-Rabat Għawdex.
L-argument inqala’ għall-ħabta tal-kwarta ta’ filgħodu fi Triq il-Kunċizzjoni meta ż-żewġ Albaniżi, li t-tnejn jgħixu r-Rabat ġew fl-idejn.
L-Albaniż ta’ 33 sena, ttieħed l-isptar b’ambulanza minħabba li sofra xi ġrieħi u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. Il-Pulizija għad trid tistabbilixxi r-raġuni li wassal għal dan l-argument.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.