Anzjan Fil-Periklu Tal-Mewt Wara Li Ttajjar Fir-Rabat
Anzjan ta’ 83 sena li joqgħod l-Imdina jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara li ttajar fir-Rabat.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.30 a.m, meta l-Pulizija ġiet infurmata li hemm bżonn l-assistenza fi Triq is-Saqqajja wara li persuna kienet intlaqtet minn vettura.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fil-post, fejn minn investigazzjonijiet
preliminari li saru rriżulta li r-raġel intlaqat minn vettura tat-tip Toyota Landcruiser misjuqa minn raġel ta’ 77 sena minn San Pawl il-Baħar.
Fil-post issejjaħ ukoll tim mediku u ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Il-Maġistrat tal-Għassa Rachel Montebello ġiet informata bil-każ u ordnat li ssir inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.