Anzjan ta’ 79 Sena u Ieħor Ta’ 71 Sena Jmutu Bil-Covid-19

 Anzjan ta’ 79 Sena u Ieħor Ta’ 71 Sena Jmutu Bil-Covid-19

Żewġ anzjani wieħed ta’ 79 sena u ieħor ta’ 71 sena mietu waqt li kienu pożittivi bil-Covid-19.

Fl-ewwel każ, anzjan ta’ 79 kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-6 ta’ Novembru.

Huwa miet kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tieni każ, l-anzjan ta’ 71 sena li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-31 ta’ Ottubru u miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Il-Ministeru għas-Saħħa jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjani u jappella biex il-miżuri ta’ prevenzjoni jkunu osservati minn kulħadd.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com