Pulizija Ta’ 33 Sena Jindarab Gravi Bil-Mutur F’Ħal Far

 Pulizija Ta’ 33 Sena Jindarab Gravi Bil-Mutur F’Ħal Far

Kuntistabbli ta’ 33 sena mis-Sezzjoni tat-Traffiku ttieħed l-Isptar Mater Dei minħabba li ġarrab ġrieħi f’inċident tat-traffiku f’Ħal Far.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.40 p.m. meta l-Pulizija tas-Sezzjoni tat-Traffiku flimkien mar-Rapid Intervention Unit (RIU) marru jassistu lill-Pulizija tad-Distrett fuq spezzjonijiet rigward kontravenzjonijiet fiż-Żona Industrijali.

Il-kuntistabbli ta’ 33 sena, tilef il-kontroll tal-mutur u waqa’. Hu ttieħed l-isptar għal kura b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejj

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com