Anzjana Ta’ 91 Sena U Anzjan Ta’ 80 Sena Jmutu Bil-Covid-19

 Anzjana Ta’ 91 Sena U Anzjan Ta’ 80 Sena Jmutu Bil-Covid-19

Anzjana ta’ 91 sena u anzjan ta’ 80 sena huma l-aħħar vittmi tal-Covid-19. Huma mietu matul il-lejl waqt li kienu pożittivi bil-Covid-19.

Fl-ewwel każ, anzjana ta’ 91 sena mietet tard ilbieraħ filgħaxija fl-Isptar Mater Dei. Hija kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fil-21 ta’ Ottubru. Iddaħħlet fl-Isptar Boffa fl-24 ta’ Ottubru u ġiet ittrasferita fl-Isptar Mater Dei fis-27 ta’ Ottubru. Hija kienet tbati minn mard kroniku ieħor.

Fit-tieni każ, anzjan ta’ 80 sena, li wkoll miet matul dan il-lejl, kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-15 ta’ Ottubru u ddaħħal fl-Isptar St Thomas fis-17 ta’ Ottubru u ġie trasferit fl-Isptar Mater Dei fil-21 ta’ Ottubru.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari taż-żewġ familji, mill-ġdid jappella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-miżuri ta’ prevenzjoni biex flimkien nagħmlu d-differenza kontra l-imxija tal-Covid-19.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com