ARA: Dalwaqt Ser Inkunu Nixtru L-Ewwel Karozza Ttir
Id-dinja qed tistenna l-ewwel karozza li ttir li tkun disponibbli kummerċjalment.
Jidher li hemm bosta fis-settur biex jirbħu l-istatus li kienu huma l-ewwel li ħarġu b’din l-idea. Fuq quddiem hemm id-ditta Slovakka KleinVision li waslet fi stat avvanzat ta’ din l-ewwel karozza.
Din il-kumpanija riċentament lestiet it-test btat-titjira tal-AirCar tagħha u ħarġet il-filmati fejn enfasizzat il-kapaċità potenzjali li toffriha għall-bejgħ fl-2021.
Kien irrapurtat li l-AirCar tista’ tkopri madwar 620 mil (madwar 1,000 kilometru) f’sessjoni ta’ titjira waħda bil-korteżija ta’ magna BMW 1.6l fl-intern tagħha.