Ara X’ Niżel Fuq Il-Ħaxix F’Bormla…
Ilbieraħ f’Bormla bdiet titwaħħal biċċa arti l-ġmiel tagħha. L-isem tagħha hu “Id-Dgħajsa tar-Riħ.”
Dan il-proġett kien inbeda madwar 4 snin ilu meta l-Ministeru tat-trasport u infrastruttura mmexxi dak iż-żmien mill-Ministru Joe Mizzi kien nieda kompetizzjoni għall-artisti lokali.
Ir-rebbieħ kien l-artist Matthew Pandolfino.
Huwa sabiħ li naraw aktar arti fit-toroq tagħna. L-arti tgħinek timraħ fil-ħsiebijiet u ssebbaħ il-madwar.
Is-Sindku Alison Zerafa Civelli tenniet li dawn it-tip ta’ proġetti joħolqu atmosfera sabiħa u anke pożittiva filwaqt li jkomplu jagħtu kuraġġ fil-potenzjal tal-artisti lokali li għandna napprezzawhom dejjem.