Araw Kemm Inbidel Dan Il-Post!!!

Mhu imkien ħlief Wied il-Għajn fil-bidu tas-seklu 20. Ir-ritratt huwa ta’ Ellis.
Jeżistu diversi opinjonijiet dwar l-oriġini tal-isem ta’ Marsaskala. Filwaqt li kulħadd jaqbel li ‘Marsa’ hija kelma Għarbija li tfisser daħla tal-baħar, ‘skala’ ġiet mogħtija aktar minn interpretazzjoni waħda.
Jista’ jkun li hi meħuda minn ‘Sqalli’, għaliex Wied il-Għajn kien post iffrekwentat minn sajjieda Sqallin, iżda jista’ jkun ukoll li ġejja minn ‘piccola cala’.
Fil-fatt, Marsa-Cala tidher f’xi dokumenti antiki.
Forsi wkoll li Marsaskala hi referenza għal xi turġein (Marsa-Scaletta) li kienu jeżistu fil-baħar.
Interessanti hux?!