Żagħżugħ Ta’ 25 Sena Fil-Periklu Li Jitlef Ħajtu

 Żagħżugħ Ta’ 25 Sena Fil-Periklu Li Jitlef Ħajtu

Xufier ta’ mutur ta’ 25 sena minn Santa Venera qed jissielet għal ħajtu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva tal-Isptar Mater Dei wara li sofra ġrieħi serji f’inċident tat-traffiku f’Ħal Lija.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħaxija xħin il-Pulizija intalbet tassisti fi Triq il-Mosta minħabba ħabta bejn mutur Peugeot misjuq mill-vittma u karozza Honda, misjuqa minn raġel ta’ 42 sena li joqgħod Birkirkara..

Il-vittma ttieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li ndarab serjament.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Josette Demicoli ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com