Araw Kif Tagħmlu L-Għadam Tal-Mejtin… Tal-Ikel Ta!

 Araw Kif Tagħmlu L-Għadam Tal-Mejtin… Tal-Ikel Ta!

Tajbin immens. Fuq FLiving Karl u Romina Bonaci taw riċetta bnina u li anke tħares lejn ir-ritratt taqgħalek żaqqek! Ma tistgħux ma tagħmluhomx… Araw kif:

 

Metodu għall-mili: 

Ħallat flimkien il-lewż mitħun u z-zokkor.

Ħabbat tajjeb il-bajd u żidu mat-taħlita tal-lewż.

Żid l-essenza tal-lewż u jekk ikun hemm bżonn żid ftit ilma (ħalli jkollok it-taħlita ratba).

Saħħan il-forn 180 grad.

Ferrex id-dqiq fuq il-mejda, iftaż l-għaġina.

Aqbad ftit mili u poġġieħ fuq l-għaġina u għalaq l-għaġina, rrumblah bħal zalzett twil. Qatta’ f’porzjonijiet żgħar u agħmel forma ta’ subgħa biex tiġi forma ta’ għadma.

Poġġi fuq karta forno u aħmi għal madwar 15-18 -il minuta.

 

Għall-għaġina tal-ħelu:

800 g dqiq-350 g marġerina.

350 g zokkor -qoxra maħkuka ta’ lumija

4 bajdiet – kuċċarina baking powder

ftit essenza tal-vanilla

 

Metodu:

Ħallat id-dqiq u l-marġerina flimkien sakemm it-taħlita tiġi qisha frak tal-ħobż. Żid iz-zokkor u l-qoxra tal-lumija. Ħabbat il-bajd u żidhom mat-taħlita. Żid l-essenza tal-vanilla u ħawwad sakemm ikollok għaġina ftit iebsa.

Agħmel l-għaġina forma ta’ ballun u ħallieha toqgħod għal madwar nofs siegħa.

Jekk tista’ tlesti l-għaġina ġurnata qabel, u ħallieha fil-friġġ.

 

 

 

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com