Is-Serb Li Nstab B’Armi Tan-Nar u Bi Skieken Fl-Imsida Għall-Qorti

 Is-Serb Li Nstab B’Armi Tan-Nar u Bi Skieken Fl-Imsida Għall-Qorti

Srdjan Stevanovic ta’ 38 sena mis-Serbja mistenni jitressaq il-Qorti għall-ħabta tas-sagħtejn u kwart wara li t-Tnejn li għadda ġie arrestat mill-Pulizija fl-Imsida wara li allegatament beda jhedded persuni b’sikkina u pponta arma tan-nar anki lejn il-pulizija.

Stevanovic ġie arrestat f’operazzjoni delikata li ħadet xejn inqas minn sitt sigħat. Huwa kien diġà magħruf mal-Pulizija. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li se tkun qed tressqu l-qorti u tixlih fost oħrajn li kien armat b’armi tan-nar u skieken.

Tul l-operazzjoni li saret it-Tnejn li għadda, is-Serb baqa’ jirrifjuta li joħroġ minn daru bil-kwiet u għalhekk il-Pulizija kienu kostretti jitfgħu dawk li jissejħu flashbangs biex is-Serb ġie diżorjentat.

Malli daħlu ġewwa, il-Pulizija sabuh fuq is-sodda b’senter u pistola kkargata.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com